Grupp I: Italja 3 Iżrael 0
F’Udine rebħa oħra taħt Rino Gattuso b’mod li post fil-play offs huwa garantit u kollox ikun deċiż fl-aħħar partita kontra Norveġja. Fl-44 minuta foul fuq Retegui, Clement Turprin saffar penalty għall-Italja bl-istess MATTEO RETEGUI jegħleb lil Omri Glazer. Fit-tieni taqsima fis-74 minuta gowl mill-isbaħ minn RETEGUI fuq azzjoni personali bl-aħħar gowl skorjat fid-90 minuta permezz ta’ GIANLUCA MANCINI li minn cross ta’ Di Marco għeleb lil Glazer għat-3 – 0.
Grupp K: Latvija 0 Ingilterra 5
Ebda problema għall-Ingilterra bis-sitt rebħa konsekuttiva u b’punti massimi fil-grupp. Fis-26 minuta kien ANTHONY GORDON li minn azzjoni ta’ John Stones għeleb lil Zviedris biex fetaħ l-iskor. Fl-44 minuta b’azzjoni personali HARRY KANE għamel l-iskor 2 – 0 sabiex fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud, minn penalty, l-istess HARRY KANE għalaq l-ewwel taqsima 3 – 0. Kollox faċli għall-Ingilterra fit-tieni taqsima fejn wara autogowl minn TONISEVS, fis-86 minuta minn azzjoni ta’ Jarrod Bowen kien EBERECHI EZE li mill-ġdid għeleb lil Kristjanis Zviedris għal 5 – 0 finali.
Grupp F: Portugall 2 Ungerija 2
Partita mill-isbaħ fil-Portugall aktar minn qabel fl-ewwel post fil-klassifika minkejja li wara biss 9 minuti l-Ungerija marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Dominik Szoboszlai kien ATTILA SZALAI li għeleb lil Diogo Costa. Reazzjoni immedjata mill-Portugall li fit-22 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ CRISTIANO RONALDO minn azzjoni ta’ Nelson Semedo. Il-Portugall marru fil-vantaġġ fl-54 minuta. Cross ta’ Nuno Mendes lejn RONALDO li għeleb lil Balazs Toth għat 2 – 1. L-Ungerija kisbet il-gowl tad-draw fid-90 minuta permezz ta’ DOMINIK SZOBOSZLAI minn cross ta’ Lukacs.
//= $special ?>