Fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali. Grupp F Rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Taħt il-21 sena:
Malta 0 Georgia 5
It-tielet partita għat-tim Malti mmexxi minn Davide Mazzotta u t-tielet telfa konsekuttiva wara l-5 – 0 kontra l-Greċja u t-2 – 0 kontra l-Irlanda. Kontra Georgia telfa oħra iebsa jekk wieħed iqis ukoll li fi tliet partiti t-tim ta’ Malta ma skorja ebda gowl filwaqt li sofra 12 il-gowl fi tliet partiti.
Id-difiża Maltija żammet l-iskor intatt sas-37 minuta sal-mument li Georgia fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Gurami Japoridze kien SABA KHARE BASHVILI li għeleb lil James Sissons. Għaddew seba’ minuti u l-iskor sar 2 – 0 b’Sissons megħlub din id-darba mninn NIKOLOZ DADIANI.
L-andament matul it-tieni taqsima ftit inbidel l-aktar wara li fit-68 minuta Georgia kabbru l-iskor permezz ta’ GIORGI TABATADZE. Fil-71 minuta l-iskor sar 4 – 0 meta minn azzjoni ta’ Luka Parkadze kien ALEXANDAR NARIM ANIDZE li mill-ġdid għeleb lil James Sissons. Fil-81 minuta kien ALEKO BASILADZE li kompla jkabbar l-iskor għal 5 – 0. Riżultat li bih intemmet wkoll il-partita.
Referee : Johann Ingi Jonsson – Iżlanda
//= $special ?>