Il-Gvern nefaq aktar minn nofs miljun ewro għal servizzi ta’ emerġenza fil-privat bejn April li għadda u Awwissu ta’ din is-sena.
Dan irriżulta fil-Parlament minn mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalsta Ian Vassallo li staqsa dwar in-nefqa tal-Gvern fil-privat fis-servizzi ta’ emerġenza.
Il-Miinistru Jo Etienne Abela qal fi tweġiba li ta, li n-nefqa f”April kienet ta’ €61,559.06; f’Mejju €37,299.40; f’Ġunju €182,993.76, f’Lulju €87,475; u f’Awwissu €142,580.00 – nefqa totali ta’ €511.907.22 f’ħames xhur. In-nies intbagħtu minn Mater Dei jew riferuti permezz tas-servizz 1400.
//= $special ?>