L-ambaxxatriċi Maltija tal-futbol tan-nisa fl-Italja, Haley Bugeja reġgħet kienet protagonista fl-aħħar rebħa ta’ Inter, meta lbieraħ in-Nerazzurri għelbu lil Vllaznia tal-Albanija 5-0, fit-tieni leg tal-aħħar 32 tim tal-UEFA Europa Cup.
Inter avvanzaw għal mal-aħħar 16-il tim, b’aggregatre ta’ 12-0 u fil-kofront tal-bieraħ, li ntlagħab fl-Albanija, Bugeja skorjat wieħed mil-ħames gowls ta’ Inter.
Il-Maltija, fetħet l-iskor l-ewwel, meta wara seba’ minuti logħob ikkonkludiet b’konkluzzjoni fil-baxx.
Għal Bugeja dan kien is-sitt gowl tal-istaġun ma’ Inter. Hi skorjat gowl wieħed fis-Serie A, żewġ gowls fis-Serie A Women’s Cup u erba’ gowls oħra fil-kompetizzjonijiet Ewropej li dan l-istaġun lagħbu fihom Inter.
//= $special ?>