Lokali Parlament

Ħames rapporti dwar każi ta’ indiċenza pubblika f’San Pawl il-Baħar

Fis-sistema tal-Pulizija kienu reġistrati ħames rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom innifishom indeċentement matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-aħħar ta’ Awwissu, f’San Pawl il-Baħar.

Jirriżulta wkoll li fin-Naxxar kien hemm żewġ każi simili fis-sistema tal-Pulizija dwar persuni li esponew lilhom innifishom indeċentement matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-aħħar ta’ Awwissu.

Dan jirriżulta minn tweġibiet li ta fil-Parlament Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.