Żewġ esperti lokali fil-qasam finanzjarju f’pajjiżna, iddikjaraw li filwaqt li huwa veru li l-ekonomija kibret, id-dejn lokali huwa wieħed ta’ inkwiet għaliex huwa theddida għall-futur ekonomiku.
Silvan Mifsud u anke George Mangion iddikjaraw dan fil-kitbiet separati li ppubblikaw fil-ġurnal tal-Malta Business Weekly.
Minn naħa tiegħu, Mifsud spjega li l-ekonomija qegħdha tikber iżda jekk il-Gvern se jibqa’ jżid mad-dejn li diġa’ hemm flimkien ma’ żieda f’defiċit fil-governance tieħu b’mod speċjali fejn tidħol l-korruzzjoni u l-effiċjenza fil-ġudikatura – mela l-ekonomija se tibqa’ f’riskju.
Huwa propju għalhekk li l-espert spjega li ir-reżiljenza ekonomika fit-tul mhux se tkun determinata bit-tkabbir tal-ekonomija imma wkoll bid-deċiżjonijiet politiċi li se jittieħdu sabiex tonqos il-gap bejn pajjiżna u pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea fejn jidħol id-dejn.
Madanakollu, kien ukoll l-espert George Mangion illi qajjem is-sitwazzjoni preokkuppanti li jinsab fiha pajjiżna. Huwa spjega li l-iżvilupp sostenibbli huwa wieħed li jista’ jingħata definizzjoni marbuta mal-ekonomija.
Iżda hekk pajjiżna verament għandu żvilupp sostenibbli, kif inhu possibbli illi huma bosta d-dimostranti li qed joħorġu fit-toroq jipprotestaw kontra l-iżvilupp eċċessiv, permessi f’art ODZ u anke ż-żieda esaġerata fil-popolazzjoni.
Mangion jistaqsi jekk il-budget li se jinqara nhar is-27 ta’ Ottubru hux se jkun qed isolvi dawn il-problemi. Bl-espert jispjega li ż-żieda li pajjiżna ra fid-dejn minn 10.5 biljun ewro għal 11-il biljun f’sena waħda biss, iqajjem dubji serji.
George Mangion spjega li pajjiżna għadu f’excessive deficit procedure, iżda l-Ministru Clyde Caruana kien iddikjara li dan mhux ta inkwiet. Fejn spjega li sas-sena d-dieħla d-dejn jaf jitla’ għal 12-il miljun u cioè dan ifisser li l-Gvern qed jonfoq aktar flus milli qed idaħħal.
L-espert spjega li apparti l-Budget li jqarraq, wieħed għandu bżonn jara kif se jżid il-produttività.
Huwa għalhekk li l-konklużjoni hija waħda; għandu jiġi kkontrollat id-dejn ta’ pajjiżna.
//= $special ?>