Il-grupp Hamas qed jitlob li jingħata aktar ċans sabiex jinstabu l-katavri li fadal jiġu ritornati – ismijiet li kienu fil-lista tal-ostaġġi, li ġie maqbula bħala parti mill-ftehim għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
Sakemm jiġu ritornati dawn il-katavri, Iżrael mhux se jippermetti li tinfetaħ il-fruntiera ta’ Rafah.
Fl-istess waqt, l-Amerika qed tgħid li din is-sitwazzjoni mhux se ttellef mill-proċess kollu li kien hemm qbil dwaru.
Intant, fl-aħħar sigħat, aġenziji Palestinjani rrappurtaw kif Iżrael wettaq attakk bi drone fuq Khan Younis. F’dan l-attakk inqatlet persuna.
//= $special ?>