Internazzjonali

Il-ġurnalisti Andrzej Poczobut u Mzia Amaglobeli fiċ-ċans li jirbħu l-Premju Sakharov

Andrzej Poczobut u Mzia Amaglobeli, ġurnalisti mill-Belarussja u l-Ġeorġja, ġew magħżulin biex ikunu fiċ-ċans biex jirbħu l-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għall-Libertà tal-Ħsieb, wara li ġew nominati mill-Grupp tal-EPP.

L-EPP sostnew li “Andrzej Poczobut u Mzia Amaglobeli jirrappreżentaw żewġ fronti tal-istess ġlieda – id-difiża tal-verità, id-dinjità u l-espressjoni ħielsa kontra t-tirannija sponsorjata mill-Kremlin. Huma jibqgħu jiġġieldu għal-libertà ta’ sħabhom – u tagħna. L-istejjer tagħhom jirriflettu lil xulxin: ġurnalisti li għażlu l-kuxjenza fuq il-biża’, il-ġustizzja fuq is-skiet. Mill-Belarussja sal-Ġeorġja, mill-Ukrajna sal-Moldova, il-kuraġġ tagħhom jinstema’ madwar reġjun kollu li qed jiġġieled għal-libertà fid-dell tal-oppressjoni u l-influwenza imperjali Russa. Li nonoraw lil Poczobut u lil Amaglobeli jfisser aktar minn sempliċi ġieħ għal żewġ individwi straordinarji – hija dikjarazzjoni ta’ solidarjetà ma’ dawk kollha li jpoġġu l-libertà tagħhom f’riskju biex jiddefendu d-demokrazija u l-valuri li fuqhom tistrieħ l-Ewropa”.

Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew se tagħżel ir-rebbieħ minn fost it-tliet ismijiet il-ġimgħa d-dieħla, nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Ottubru.