Ma taqta’ xejn id-diskussjoni nazzjonali li qamet fl-aħħar jiem wara li l-Kap tal-PN Alex Borg, fuq Net TV, semma’ l-possibbiltà li tiġi studjata ġimgħa ta’ 4-day week – proġett li fi kliemu, għandu isir biss bi prova fuq ċertu setturi taċ-ċivili, u wara li ssir diskussjoni miftuħa bejn dawk kollha interessati.
Issa, anke l-Kamra tal-SMEs ħarġet ir-reazzjoni tagħha fuq din l-idea tal-4-day week.
Fi stqarrija, il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qalet li hemm bżonn konsultazzjoni estensiva qabel jiġi kunsidrat dan il-mudell.
“Nappellaw għal djalogu kostruttiv. Ma jistax ikollna proposti prematuri qabel issir diskussjoni”, qalet l-istqarrija. Bil-Kamra titfa’ dawl fuq temi importanti bħalma huma l-produttività, u l-kompetittività tal-ekonomija tagħna. Qalu wkoll li jeħtieġ issir riċerka, u li wieħed jara r-realtajiet partikolari ta’ pajjiżna.
Fl-aħħar jiem, il-GWU semmiet l-idea li pajjiżna jiddiskuti mudell ta’ ġimgħa iqsar ta’ xogħol.
Fix-xhur li għaddew, anke l-MEP Laburista Thomas Bajada sejjaħ għal diskussjoni fuq il-4-day week.
//= $special ?>