Rapport uffiċjali mill-NSTB qal li l-implużjoni tal-Oceangate Titan li seħħet f’Ġunju tal-2023 setgħet tkun evitata. L-NSTB li huwa l-Bord tas-Sigurtà Nazzjonali tat-Trasport Amerikan, ikkonkluda li l-proċess kollu tal-inġinjerija ma kienx wieħed adegwata, apparti li dak il-vjaġġ qatt ma kellu jsir minħabba ħsara fis-sottomarin.
Meta s-sottomarin Oceangate Titan sparixxa mir-radar fi triqtu lejn il-fdalijiet tat-Titanic fl-2023, David Lochbridge beda jittama li l-ħames persuni li kienu abbord baqgħu ħajjin, inkluż l-eks imgħallem tiegħu, Stockton Rush.
“Dejjem ittamajt li ma jiġrix dak li ġara, imma kont naf li jekk jibqgħu mexjin bil-pjanijiet tagħom, b’makkinarju daqshekk dgħajjef, kien se jkun hemm inċident gravi.”
David Lochbridge kien id-Direttur tal-Marine Operations tal-Oceangate li tkeċċa fl-2018 meta wissa’ dwar is-sigurtà tal-Oceangate Titan. Qabel ma ħadem mal-kumpannija Oceangate huwa kien pilota espert tas-sottomarini li mexxa diversi operazzjonijiet globali.
Il-passiġġieri kienu ħallsu 25,000 elf dollaru biex jieħdu parti f’dan il-vjaġġ li kien jinvolvi esplorazzjoni f’qiegħ il-baħar lejn il-fdalijiet tat-Titanic. Il-passiġġieri li mietu kienu Paul-Henri Nargeolet, Shahzada Dawood u t-tifel tiegħu ta’ 19 il-sena Souleman Dawood u Hamish Harding.
Il-Kap eżekuttiv tal-Oceangate, Stockton Rush kien wieħed mill-passiġġieri li miet.
