Sebastian Lecornu, il-Prim Ministru Franċiż, irnexxielu jegħleb żewġ mozzjonijiet ta’ sfiduċja kontrih wara maltempata politika fil-pajjiż – kriżi li issa ilha għaddeja numru ta’ ġimgħat.
Kull votazzjoni kellha bżonn ta’ 289 vot favur biex tgħaddi.
L-ewwel mozzjoni ressaqha l-partit xellugi La France Insoumise, u l-vot falla bi 18-il vot, li kien b’marġini anqas milli kien misteni. It-tieni vot ittieħed fuq mozzjoni li għaddiha l-partit tal-lemin ta’ Marine le Pen, fejn inqas kien hemm ċans li jgħaddi minħabba li kien hemm Membri Parlamentari li ħadd ma basar li jallenjaw rugħhom mal-partit estrem.
Lecornu li ħa l-pożizzjoni ta’ Prim Ministru f’Settembru li għadda, irnexxielu jiġbed lejħ is-Soċjalisti meta ddeċieda li għalissa jpoġġi fil-ġenb ir-riforma tal-pensjoni li ma kienetx popolari, u b’hekk ingħata ċans ieħor li jiggverna minkejja li għandu Parlament maqsum.
Issa, l-isfida li jmiss se tkun li jgħaddi l-Budget mill-Parlament.
//= $special ?>