Il-viżjoni 2050, għandha bżonn stateġija malajr – dan sabiex din il-viżjoni ma tibqax biss dokument.
Hekk sostna Kevin Borg, id-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers waqt il-programm Net Live fejn kien qed jiddiskuti kemm il-pre Budget dokument tal-employers kif ukoll id-direzzjoni li pajjiżna għandu jieħu.
Kevin Borg tenna li din il-viżjoni għadha mhix finlizzata, u għalhekk sostna li dan il-budget għandu jkun l-ewwel pass sabiex din il-viżjoni verament ikollha strateġija u ma tibqax fl-arja.
Waqt li kien qed jippreżenta il-pre budget document tal-Malta Employers, huwa stqarr li hemm bżonn bidla radikali fis-sistema edukattiva.
Kevin Bog spjega li s-settur privat m’ghandux jikkompetti mas-settur pubbliku għar-riżorsi umani.
Kevin Borg tkellem ukoll dwar l-importanza li l-miżuri iffukatti biex jindirizzaw il-fertilità ta’ pajjiżna ma jpoġġux pressjoni biss fuq faxxa waħda tas-soċjetà.
//= $special ?>