Is-16 t’Ottubru tal-2017.
Kien propju bħal-lum tmien snin ilu minn meta nqatlet kiesaħ u biered il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia permezz ta’ bomba li tpoġġietilha mal-karozza. L-isplużjoni kienet seħħet ftit il-bogħod mir-residenza tagħha fil-Bidnija. Delitt li ħalla marka kbira fuq is-soċjetà Maltija.
Propju fl-10 ta’ Ġunju ta’ din is-sena b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista, l-akkużati Jamie Vella ta’ 42 sena, Adrian Agius ta’ 46 sena, George Degiorgio ta’ 62 sena u Robert Agius ta’ 41 sena, ġew ikkundannati għal għomorhom il-ħabs. Għalkemm il-familja għadha qed tistenna wara dawn is-snin kollha li ssir ġustizzja sħiħa, u jiġu kundannati dawk li kienu l-moħħ wara dan l-assassinju brutali – li kien attakk fuq il-libertà tal-espressjoni u l-ġurnaliżmu ħieles f’pajjiżna.
Dellitt li jibqa’ wkoll marka sewda fuq it-tmexxija Laburista, tant illi wassal biex l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kellu jirriżenja – eżatt wara l-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech.
//= $special ?>