Raġel ta’ 29 sena ġie akkużat fil-Qorti li pprova jsarraf ċekk misruq. Skont il-prosekuzzjoni, l-akkużat ippruva jsarraf iċ-ċekk fuq talba ta’ persuna li kienet f’Malta b’mod illegali u li kienet sabet iċ-ċekk, u talbet lill-akkużat jagħmillu favur.
L-Ispettur Bradley Grima spjega li rapport tal-Pulizija dwar il-każ kien ġie sottomess f’Settembru. Fil-Qorti, Ibrahim Ramadan Ahmed wieġeb li ma kienx ħati għall-akkuża ta’ “kisba ta’ flus bi pretensjonijiet foloz.”
Matul il-proċeduri ma ġiex imsemmi kemm kien jiswa ċ-ċekk.
L-Avukat Yanika Bugeja, talbet il-libertà proviżorja għall-akkużat, argumentata billi ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejn il-vittma u l-klijent tagħha u lanqas periklu li jħassar l-evidenza. Semmiet ukoll li l-akkużat kellu indirizz stabbilit u xogħol.
Il-prosekuzzjoni opponiet għaliex għadhom ma xehdux xhieda ċivili.
Il-Qorti rrifjutat il-libertà proviżorja u ordnat li l-akkużat jibqa’ f’kustodja.
Il-Maġistrat Noel Bartolo sema’ l-każ, l-Ispettur Bradley Grima mexxa l-prosekuzzjoni, filwaqt li l-Avukat Yanika Bugeja assistiet lill-akkużat.
//= $special ?>

