Sport Sport Ieħor

Joseph Camilleri jikklassifika mal-ewwel 12-il atleta fil-Marathon des Sables, fuq distanza ta’ 120km

Joseph Camilleri
Joseph Camilleri

Joseph Camilleri, l-uniku Malti li kien qed jieħu seheb fil-Marathon des Sables; waħda mill-itqal maratoni li ssir fid-deżert tas-Saħara, fil-Marokk, illum temm it-tielet u l-aħħar stadju ta’ din it-tellieqa fit-tlettax-il post. Madankollu meta tiġbor il-ħinijiet tat-tliet stadji f’daqqa, Camilleri temm din it-tiġrija fuq distanza ta’ 120km, fit-12-il post.

Ir-riżultat miksub minn Camilleri għandu jitqis bħala wieħed mil-aqwa, meta tqis it-toqol ta’ din it-tiġrija li bdiet minn nhar it-Tnejn li għadda, u ċ-ċirkostanzi xejn faċli li jkollhom iħabtu wiċċhom magħhom l-atleti malli jibdew din it-tellieqa sakemm jaslu, jekk jaslu biex jispiċċawha.

Camilleri beda’ din it-tiġrija fid-deżert flimkien ma’138 maskili ieħor. Wara l-ewwel stadju, kienu ħamsa l-ammont ta’ atleti li għal xi raġuni jew oħra kellhom jieqfu u ma komplewx it-tiġrija. Fit-tielet u l-aħħar stadju tal-lum, l-ammont totali ta’ atleti maskili li rrnexxilhom jibdew u jispiċċaw din it-tiġrija mil-bidu sal-aħħar kien ta’ 117-il atleta, li jfisser li kien hemm 21 atleta li bdew it-tellieqa iżda naqqsu milli jispiċċawha.

Il-Malti Camilleri mhux talli ma rrnexxilux itemm din it-tellieqa mil-bidu sal-aħħar, iżda fil-klassifika finali wara 120km maqsuma fuq tliet stadji, hu temm fit-12-il post, bil-ħin totali li ħa Camilleri biex ġera din id-distanza f’tliet t’ijiem kien ta’ 14-il siegħa, 48 minuta u sitt sekondi.

Il-Marokkin, Rachid El Morabity li kien diġa’ fl-ewwel post qabel il-bidu tat-tielet stadju, żamm il-pass u temm fl-ewwel post wara t-tielet stadju, li sar fuq distanza ta’ 30km. Morabity ħa 10 siegħat, 50 minuta u 3 sekondi biex temm fl-ewwel post fil-kategorija tal-120km tal-Marathon des Sables.