Jum ieħor ta’ traffiku fit-toroq Maltin, dan hekk kif fl-aħħar siegħa t-toroq Maltin sfaw staġnati.
Matul l-aħħar ġranet, bosta persuni spjegaw li qattgħu sigħat sħaħ minn ħajjithom fit-traffiku fejn anke kien irrappurtat li bosta qattgħu sigħat twal sempliċiment biex waslu mill-Belt Valletta sal-Furjana.
Dalgħodu mhux b’inqas hekk kif waslulna bosta rapporti li t-toroq reġgħu staġnati bit-traffiku. Sitwazzjoni li aktar ma jmur qed tiggrava.
Fl-aħħar ġranet, il-Ministri tal-Labour iddikjaraw li t-traffiku ta’ din il-ġimgħa huwa purament minħabba x-xita li nieżla fil-Gżejjer Maltin.
//= $special ?>