Lokali Qorti

Raġel arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ 76kg kokaina

Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Il-Pulizija arrestaw ta’ Kroat ta’ 45 sena, kif ukoll għas-sejba ta’ 76kg ta’ droga suspettata kokaina, b’valur fis-suq ta’ madwar id-€9 miljuni.

Nhar it-Tlieta, il-pulizija waqqfu vettura l-Port tal-Imġarr, Għawdex. Fi tfittxija fil-vettura fejn instabu 18-il kilogramma ta’ sustanza suspettata kokaina.

It-tfittxijiet komplew fir-residenza fejn jgħix l-arrestat fix-Xagħra, fejn instabu 58kg oħra sustanza suspettata kokaina, kif ukoll diversi pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi differenti.

Bis-sejba kienet infurmata l-Maġistrat Simone Grech li ħatret inkjesta Maġisterjali.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex il-Ħamis, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar.

Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta