Lokali Parlament

Seba’ funerali dis-sena ta’ persuni li ħadd ma wera interess fihom

Saru seba’ funerali din is-sena ta’ katavri ta’ persuni li ħadd ma wera interess fihom. Il-funeral tagħhom sar mill-Gvern. Il-fiunerali saru bejn Jannar u t-3 ta’ Orttubru ta’ din is-sena.

Dan kien ikkonfermat mill-Ministru Jo Etienne Abela fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.