Internazzjonali

Sena mill-mewt ta’ Liam Payne

Għaddiet sena mill-mewta traġika tal-kantant Liam Payne tal-grupp One Direction, li miet f’Ottubru tal-2024 wara li waqa’ minn gallarija ta’ lukanda fl-Arġentina. Hu kellu 31 sena.

Mill-awtopsja li kienet saritlu kien irriżulta li fis-sisema tiegħu kellu effett tal-alkoħol, kokajina kif ukoll pilloli tad-dipressjoni.

Louis Tomlinson huwa l-uniku membru mill-grupp ta’ One Direction li tkellem pubblikament f’dan l-anniversarju u tenna li t-telfa hija diffiċli mmens u li għadu jħossu “frustrat” li Liam m’għadux magħhom.

Il-familja ta’ Liam kienet ġabret aktar minn £ 250,000 għall-Isptar tat-Tfal ta’ Great Ormond Street. Donazzjoni li ngħatat sabiex tfakkar il-memorja tiegħu u biex tagħti appoġġ lil tfal morda bil-kanċer.