Brażiljan ta’ 49 sena li kien jaħdem f’ħanut fil-Mosta ġie kundannat tmien snin ħabs wara li nstab ħati mill-Maġistrat Claire L. Stafrace Zammit, b’diversi reati serji relatati ma’ atti ta’ natura sesswali mingħajr kunsens fuq tifla ta’ 10 snin. Ir-reati seħħew fil-ħanut stess fejn kien jaħdem Mufarrih Shah.
Huwa nstab ħati wkoll ta’ korruzzjoni ta’ persuni taħt l-età ta’ 16-il sena, u atti oħra li kkaġunaw fastidju u intimidazzjoni. L-akkużi kienu relatati prinċipalment ma’ ġrajja li sseħħet fit-28 ta’ Awwissu 2023 f’ħanut tal-merċa fi Triq Ponsonby, il-Mosta.
It-tifla u l-omm spjegaw b’kollox lill-Pulizija dwar dak li kien seħħ. Omm il-vittma minuri u tghid li fit-28 ta’Awwissu ta’ sentejn ilu għamlet rapport lill-Pulizija. Tispjega li xahrejn qabel bintha qaltilha li l-akkużat kien ġol-hanut meta hi marret tixtri flixkun Coca minn ġol-friża meta l-istess akkużat ħakkek magħha u dan peress li l-ħanut huwa pjuttost żgħir.
Bintha kienet tmur hemmhekk waqt li hi kienet twassal lit-tifel iz-zghir sac-Child Care li huwa ftit bibien ’il bogħod minn dan il-ħanut. Għal dan l-avveniment hi spjegat lit tifla li dan seta’ kien żball minhabba l-fatt li l-post huwa żgħir.
Tixhed li din ġrat it-tieni darba u għal darb’oħra hi m’emmnitx lil bintha li dan sar b’intenzjoni hażina. Tippreċiża li hu kien iħakkek lit-tifla minn wara bil-parti tiegħu fuq quddiem. Tkompli tgħid li dakinhar fit- 28 t’Awwissu 2023 iċ-ċentru tac-‘Child Care’ damet iktar mis-soltu biex tiftaħ u bintha kienet qiegħda tixtri gol-hanut.
Tispjega li t-tifla ħasbet li dakinhar kien hemm persuna oħra tieħu ħsieb il-ħanut. Hi daħlet fil-ħanut peress li rat li t-tifla kienet qiegħda ddum u fil-fatt sabitha viċin ħafna l-friċa mentri x-xarba li riedet kienet fuq il-mejda mal-kaxxier.
Sadanittant l-akkużat infurmaha li bintha ħallset għax-xarba. Hekk kif telqu bil-karozza t-tifla – spjegatilha li l-akkuħat reġa’ għamel l-istess haġa iżda din id-darba kienet beżgħana iktar. Kien għalhekk li spjegatilha li hi daħlet gol-hanut bhas-soltu, marret ħdejn il-friża u ħadet il-kafè.
Hi u tagħżel il-kafè l-akkużat ġie minn warajha u daħħal idejh ġol-flokk tagħha u qabdilha sidirha. Eventwalment bl-istess id qabad il-parti privata ta’ bintha billi daħħal idejh taħt il-qalziet. Matul dan kollu bintha kienet qiegħda tgħidlu biex jieqaf.
Ghal dan il-kafè ħallset ewro minflok ewro u sittin ċentezmu lill-akkużat. Intant l-akkużat infurmaha li kellhom fliexken tax-xorb ġodda ġol-friża u hi marret tiċċekkja. Hekk kif għamlet hekk l-akkużat ġie warajha u b’idejh għafas il-parti privata tagħha filwaqt li qalilha li hija kbira.
Kien dak il-ħin li daħlet ġol-ħanut hi. Wara dan kollu hi wettqet ir-rapport fil-konfront tal-akkużat. L-omm xhedet ukoll li wara t-tieni darba li l-akkużat ħakkek ma’ bintha – kull darba li kienet tgħaddi minn quddiem il-ħanut sabiex twassal lit-tifel iċ-‘Child Care’ l-istess akkużat kien joħroġ minn ġol-hanut u jsellmilha.
Il-prosekuzzjoni argumentat li dawn l-attivitajiet setgħu kienu saru wkoll f’perjodi ta’ qabel b’riżoluzzjoni waħda, u b’konsegwenza kienu kkaratterizzati minn ripetizzjoni u kontinwità f’ħidma kriminali. L-Ispettur Kylie Borg xehdet li kienet fil-Vice Squad meta l-Ispettur Godwin Scerri infurmaha li kien hemm rapport dwar allegat abbuz sesswali fuq tifla ta’ 10 snin minn Mufarrih Shah, impjegat fil-ħanut.
Huwa spjega li omm it-tifla, flimkien mat-tifla nnifisha, kienu ġew mistiedna fil-Depot tal-Pulizija biex jagħtu x-xhieda tagħhom, u li l-minuri kkonfermat li Mufarrih Shah kien kemm il-darba imur warajha, u f’xi każijiet jagħmel il-parti privata tiegħu mal-warrani tagħha, li daħħal idejh taħt il-flokk sportiv tagħha u qabdilha sidirha u l-parti privata, u qalilha li xtaq ibusilha l-istess parti privata.
Meta l-minuri talbietu biex iwaqqaf dawn l-attitudnijiet, l-akkużat ma waqqafx. Barra minn hekk, l-akkużat kien żamm ewro lit-tifla wara li kienet ħallset għax-xarba, meta fil-fatt il-kont kellu jkun iktar u li dan wassal ukoll lil ommha biex tmur għand il-Pulizija, u dan ukoll wara li t-tifla spjegat b’kollox lil ommha dwar dak li kiej qed iseħħ.
L-Ispettur Godwin Scerri kkonferma li wara li ġab l-informazzjoni dwar l-abbuż, hu u membri oħra tal-Korp tal-Pulizija tiegħu marru fuq il-post u arrestaw lil Mufarrih Shah bl-għajnuna tal-omm tat-tifla, li identifikat l-akkużat fuq il-post.
Wara l-arrest, l-akkużat ta l-istqarrija tiegħu fil-preżenza tal-Pulizija u tal-interpretu, u kien infurmat dwar id-drittijiet tiegħu. Xi materjali u dokumenti, inkluż passaport, ġew meħuda mir-residenza tiegħu biex jiġu eżaminati, filwaqt li l-vittma minuri ttieħdet għall-eżami kliniku f’Mater Dei, fejn rriżulta li ma kien hemm l-ebda ħsara fiżika fuqha.
Xhieda oħra bħas-Surġent Anne Marie Coleiro, u l-kuntistabbli Charlene Delia, Ryan Borg Ungaro u Jean Paul Pizzuto Magrin ikkonfermaw il-verżjonijiet tal-omm u tat-tifla, li wrew dettalji konsistenti dwar il-ħajja fil-ħanut, l-attivitajiet tas-sid u l-impjegat u l-abbużi allegati.
L-investigazzjoni wriet li l-CCTV tal-ħanut ma kienx qed jirrekordja, u l-akkużat ma kienx sid tal-ħanut iżda impjegat għal madwar xahar u nofs. L-akkużat Mufarrih Shah ammetta li kien ilu Malta għal sena u xahar u li kien ilu jaħdem tliet xhur fil-ħanut, iżda ċaħad kategorikament li wettaq l-attakk sesswali allegat fuq it-tifla.
Huwa spjega li normalment kien hemm nies fil-ħanut u li l-minuri kienet tidħol b’mod regolari, u li hu qatt ma kien imissha b’mod sesswali. F’xi parti tal-istqarrija tiegħu, ammetta li kien jgħin biex il-klijenti jieħdu x’i ħaġa, anke lill-vittma mill-freezers jekk ma kellhomx biżżejjed flus, iżda dan ġie ppreżentat bħala att ta’ ġenerożità u mhux bħala mġieba sesswali.
Il-Qorti osservat li l-verità tal-każ tistrieħ fuq il-kredibilità tat-tifla minuri bħala xhud. Fil-valutazzjoni tagħha l-Qorti referiet għal diversi każijiet tal-qorti kriminali u tal-Appell Kriminali li jistipulaw li x-xhieda ta’ minorenni, jekk iddeterminata li tifhem l-importanza li tgħid il-verità u tkun qed tippreżenta l-fatti b’mod konsistenti, tista’ titqies bħala affidabbli u ta’ valur probatorju.
Il-Qorti identifikat diversi inkonsistenzi fl-istqarrija tal-akkużat u osservat li ma kienx kredibbli fil-verżjoni tiegħu, speċjalment meta qatt ma setgħu jikkonforma mal-fatti preżentati mill-vittma u xhieda oħra indipendenti.
Fl-eżaminazzjoni tal-provi, il-Qorti enfasizzat li mhux kull kunflitt fil-provi jikkawża awtomatikament liberazzjoni tal-imputat, u r-reati ġew vverifikati b’mod li jisupera dubju raġonevoli, skont il-prinċipju legali stabbilit li “proof beyond a reasonable doubt” ma jfissirx prova bla dubju assolut, iżda prova li fiha l-unika possibilitajiet favur l-akkużat jistgħu jiġu miċħuda bħala improbabbli.
Bħala konklużjoni, il-Qorti rat li xhieda tat-tifla minuri kienet kredibbli, affidabbli, u konsistenti ma’ dak li ġie allegat, u li l-istqarrija tal-akkużat ma kinitx affidabbli. Għalhekk, Mufarrih Shah instab ħati tal-reati kollha imputati fuqu u ngħata sentenza ta’ tmien snin ħabs.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, mis-Supretendent Godwin Scerri u l-Ispettur Kylie Borg. Għall-Brażijan dehru l-Avukati Mario Mifsud u Nicholas Mifsud.
//= $special ?>