Lokali Parlament

Aktar minn elf rapport lill-Pulizija f’sena dwar atti ta’ vandaliżmu

Ir-rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu kienu jlaħħqu aktar mnn elf is-sena li għaddiet u aktar minn 700 sal-24 ta’ Settembru ta’ din is-sena.

Jirriżulta li saru b’kollox total ta’ 1,053 rapport fis-sena 2024 u 710 sal-24 ta’ Settembru, 2025.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament minn Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.