Futbol Sport

Birkirkara fir-round li jmiss wara l-għoti tal-penalties

Fis-Centenary Stadium Birkirkara għelbu lil Victoria Hotspurs wara l-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 4-2, wara li l-partita sad-90 minuta intemmet bl-iskor ta’ 1-1. Din kienet l-ewwel partita mill-fażi tal-aħħar sittax ta’ din il-kompetizzjoni. Kienu Victoria Hotspurs li marru fil-vantaġġ fit-30 minuta permezz ta’ Stefan Marjanovic. Birkirkara irreaġixxew lejn tmiem il-partita meta kien Lucas Macula li kiseb il-gowl tad-draw, biex eventwalment kienu Birkirkara li għaddew wara l-penatlies.