Il-Pulizija Taljana qed tinvestiga bomba qawwija li tpoġġiet taħt il-karozzi tal-ġurnalist Sigfrido Ranucci u tat-tifla tiegħu – każ li seħħ ilbieraħ filgħaxija.
Il-vetturi kienu pparkjati barra r-residenza tiegħu.
Il-ġurnalist Taljan spjega li l-isplużjoni tant kienet b’saħħitha li heżżet l-akkwata kollha fejn jgħix.
Ranucci hu preżentatur investigattiv popolari mmens fl-Italja, u jippreżenta l-programm Report fuq ir-Rai. Fl-aħħar xhur, hu kien irċieva diversi theddid fuq ħajtu.
L-investigaturi qed jgħidu li l-bomba kienet magħmula minn kilo ta’ splussiv. U s-saħħa tal-isplużjoni kienet ċertament kapaċi toqtol lil kull min kien għaddej fil-viċin.
//= $special ?>