Lokali

“Mument ta’ partit li għandu jsir mument ta’ pajjiż” – Alex Perici Calascione

Matul il-jum tal-Ġimgħa, fetaħ uffiċjalment il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Amministrattiv, bit-tema “Dan hu l-Mument”. Il-votazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pietà għalqet fid-9pm. Din l-elezzjoni, eventwalment se twassal biex jimtlew 18-il post fil-Kumitat Eżekuttiv.

Matul il-Kunsill għamlu d-diskorsi tagħhom numru ta’ Shadow Ministers, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione kif ukoll George Vital Zammit li huwa inkarigat mill-kordinazzjoni tal-manifest elettorali

Ix-Shadow Minister għax-Xogħol, is-Settur Marittimu u l-Avjazzjoni, Ivan castillo sostna li l-Partit Nazzjonalista juri bil-fatti qed nuru li dan huwa l-mument, qed nagħtu nifs ġdid, qed inħarsu ‘l quddiem. nemmnu fid-diskussjoni u mhux fil-ħabi.Il-Partit Nazzjonalista qed jagħti vuċi lill-kulħadd. Se nibnu malti li toffri futur lil kulħadd. se noħlqu malta li terġa temmen fiha nnifisha.

Is-sindku ta’ San Pawl il-Baħar Ċensu Galea, tenna li dak li l-Partit Nazzjonalista ħadem għalih fil-passat irid ifasslu fil-ġejjieni. Qal, “Irridu nkomplu naħdmu biex verament nemmnu li dan hu l-mument. Il-kunsilliera u l-membri tal-kunsilli lokali għandhom ikunu messaġġiera.”

Ylenia Montfort, kunsilliera tal-Belt Valletta, stqarret li l-Partit Nazzjonalista huwa lest li jagħti widen, u jisma lil min għandu bżonn. “Flimkien nistgħu inwasslu l-PN fejn jixraqlu. Malta tagħna qed tistenna l-mument tagħha.”

Id-deputat Stanley Zammit stqarr, “a vision without action is a daydream, action without vision is a nightmare.” Kompla jgħid li din hija t-triq li qabad il-Partit Nazzjonalista bħala partit u gvern alternattiv taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg. Permezz ta’ djalogu wiesgħa l-Partit Nazzjonalista qed jissettjaw l-viżjoni.

Thomas De Martino sostna li l-aħħar sondaġġi wrew li l-PN għandu l-fiduċja tal-maġġoranza taż-żgħażagħ ta’ pajjiżna. Kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti alternattiva tajba u kuraġġuża għaż-żgħażagħ ta’ pajjiżna.

Id-deputat Ivan Bartolo, saħaq li l-Partit Nazzjonalista jemmen f’politika ta’ sustanza. Il-Partit Nazzjonalista l-għan li jqanqal fiduċja fil-politika u fil-politiċi. Il-Partit Nazzjonalista irid li kull Malti u Maltika jkunu trattat b’dinjità.

Lara Marie Agius, tennet li l-Partit Nazzjonalista irird jaħdem biex jerġa’ jagħti lill-pajjiżna l-futur li jixraqlu. Appellat li, “Bħalma qed jagħmel il-Kap irridu nsaħħu l-preżenza tagħna fost in-nies u l-komunitajiet – għax hekk biss jista’ jitwassal il-messaġġ għand firxa aktar wiesgħa ta’ nies.” Kompliet tisħaq li l-impenn, dedikazzjoni u passjoni huwa prova li dan il-partit għadu ħaj. flimkien immexxu ‘l quddiem lil Malta u Għawdex kollha.

Michael Piccinino stqarr kif, fl-aħħar ġimgħat il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jagħti tama lil eluf li kienu qataw qalbhom mill-politika. illum dawk in-nies qed jisimgħuna. illum għandna responsabbilta akbar li dan l entużjażu u tama li ġab alex borg nibdluha f’azzjoni kontreta li l-partit se jkun qed iwassal biex ikollna Malta aħjar.

Ix-Shadow Minister għall-inklużjoni u d-drittijiet tal-konsumeriżmu, Graziella Galea, tennet li pajjiżna jeħtieġ politika li tpoġġi l-bniedem fiċ-ċentru. U qalet li l-Partit Nazzjonalista dejjem hekk għamel u hekk għandu jibqa’ jagħmel.Qalet, “dan huwa l-mument li nħarsu lejn il-ġenerazzjoni li ġejja. Il-Partit Nazzjonalista għandu l-valuri u nies biex jagħmel bidla morali.

Dione Borg, stqarr “Il-partit Nazzjonalista se jkompli jagħti direzzjoni pożittiva, mibnija fuq il-valuri, u mibnija fuq il-prinċipji lis-soċjeta.”

Ix-Shadow Minister għall-ekonomija u l-intrapriża, Jerome Caruana Cilia tenna li l-Partit Nazzjonalista huwa wieħed li jrid Malta aħjar, irid il-kwalita. B’enerġija, b’entużjażmu u determinazzjoni il-Partit Nazzjonalista kapaċi joffri nifs ġdid li għandu bżonn il-pajjiż.

Barra minn hekk, George Vital Zammit li huwa inkarigat mill-kordinazzjoni tal-manifest elettorali, stqarr li taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg, il-Partit Nazzjonalista qed iħares ‘il quddiem b’mod miftuħ, b’qalb kbira u b’rieda li jservi lil poplu Malti u Għawdxi. Saħaq li dan huwa il-mument ta’ kulħadd. Il-Partit Nazzjonalista, taħt Alex Borg qed juri kuraġġ li jitkellem fuq il-kwalita tal-ħajja. Dan hu l-mument fejn il-Partit Nazzjonalista qed jistieden, lil kull Malti u Għawdxi ta’ rieda tajba, lil kull min jemmen fil-ġid komuni u lil min qed iħoss sens ta’ rassenjazzjoni, u lil dawn li jinsabu mħassba sabiex jingħaqa mal-Partit Nazzjonalista. Dan għaliex Malta teħtieġ direzzjoni ġdid u sostenibbli. Saħaq li “dan huwa l-mument li l-Partit Nazzjonalista ikun il-vuċi tan-nies.” Kompla jgħid, “Nibqgħu naħdmu flimkien biex il-mument tal-Partit Nazzjonalista nagħmluh verament tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.”

Finalment, għamel id-diskors tiegħu il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione fejn fi kliemu sostna li l-messaġġ “Dan hu l-mument”, kien il-messagg waqt kampanja interna ta’ partit, sar il-messaġġ tal-Partit kollu u bilmod il-mod qed isir il-messagg tal-Pajjiz.

Perici Calascione kompla jisħaq li “Dan huwa l-Mument fejn nifhmu u napprezzaw minn fejn tlaqna, dak kollu li rnexxielna flimkien naghmlu ghal pajjizna minn dak il-mument il quddiem. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla jisħaq li dan għandu jkun il-mument li fih il-Partit Nazzjonalista, jagħti l-valur mistħoq ghall-esperjenza u ghal dik il-vizjoni politika, li mir-rikonciljazzjoni nazzjonali ghaddiet ghal decizjonijiet politiċi serji, maturi u ta’ principju. Alex Perici Calascione insista li dan hu l-mument fejn aħna lkoll – kollha kemm aħna, kulħadd inkluż u ħadd eskluż – imsejjħin biex flimkien – b’dak li nghidu; dak li naħsbu, dak li nipproponu – nagħmluh mument ta’ pajjiż. Huwa rringrazzja u awgura wkoll lill-Kandidati kollha li resqu ‘l quddiem fl-Elezzjoni ghal Kumitat Ezekuttiv u awgura wkoll lil dawk kollha li diġa ġew eletti bħala Rapprezentanti Distrettwali tal-Kunsilliera Lokali u kif ukoll tal-Kumitati Sezzjonali.