Lokali

Sal-2042 Għawdex mistenni jkollu 52,000 resident

Il-popolazzjoni ta’ Għawdex hija mbassra li tikber b’madwar 11,500 ruħ matul l-għoxrin sena li ġejjin, xprunata prinċipalment minn influss ta’ barranin. Dan skont studju li wettqet l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex.

Ir-riċerka, imwettqa minn E-Cubed Consultants Ltd, sabet li l-popolazzjoni tal-gżira se tiżdied minn 40,191 fl-2022 għal 51,766 sal-2042. In-numru ta’ residenti barranin huwa mistenni li kważi jirdoppja minn 8,557 għal 17,842, filwaqt li l-popolazzjoni Maltija se tikber b’madwar 3,000.

L-istudju jbassar ukoll li l-binjiet residenzjali f’Għawdex se jiżdiedu minn 25,270 fl-2022 għal aktar minn 33,000 sal-2052.