Lokali

Ħames snin mill-mewt ta’ Fredrick Azzopardi

Illum huwa gheluq il-hames sena mill-mewt ta’ Fredrick Azzopardi.

Frederick Azzopardi kien miżżewweġ lil Carmen, u kellhom 3 itfal – Luke, Maureen u Lara.

Hu jibqa’ mfakkar bhala politiku li dejjem ġab il-ġid tal-komunità Għawdxija fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu. L-Għawdxin, elezzjoni wara oħra għażluh bħala r-rappreżentant denju tagħhom.

Hu serva f’bosta karigi fosthom fil-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex, u bħala Deputat Parlamentari f’isem il-PN f’numru ta’ leġislaturi, u dan l-aħħar ukoll bħala Deputat Whip tal-Grupp Parlamentari.

Azzopardi ġie elett l-ewwel darba fil-Parlament fl-1998.