Knisja Lokali

Ħatra tar-Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir għall-erba’ snin li ġejjin

Il-Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Dumnikana Maltija ħatar lil P. Aaron Zahra O.P. bħala r-Rettur
tal-Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir għall-erba’ snin li ġejjin.

P. Aaron Zahra twieled nhar is-26 ta’ Settembru 1987 u trabba Marsaxlokk. Huwa attenda l-iskola primarja Theresa Nuzzo u dik sekondarja fil-Kulleġġ De La Salle. Huwa daħal fl-Ordni Dumnikan fl-2009, u għamel il-professjoni solenni nhar is-26 ta’ Settembru 2014. Huwa ġie ordnat saċerdot nhar it-30 ta’ Ġunju 2017.

P. Aaron studja l-psikoloġija u l-filosofija fl-Università ta’ Malta u l-isudji tat-teoloġija fl-Istudium Dumnikan f’Dublin, l-Irlanda. Wara għamel il-masters fil-“Leadership and Management in Education” f’Trinity College, l-Irlanda.

Kien il-Kapitlu Provinċjali tal-2017 li ħatru l-ewwel darba bħala Rettur tal-Kulleġġ, u reġa’ nħatar
fil-Kapitlu Provinjċjali fl-2021.

Il-Kulleġġ San Albert il-Kbir jikkonsisti fi skola tal-Kindergarten fil-Fgura, u l-iskola Primarja u dik Sekondarja fil-Belt Valletta. Il-Kulleġġ għandu madwar 450 student/a u jimpjega 120 ħaddiem.