ll-Knisja se tiċċelebra l-festa liturġika tal-Papa San Ġwanni Pawlu II nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ottubru 2025, u li 35 sena ilu, fuq iż-zuntir tal-Bażilika Ta’ Pinu ċċelebra l-ewwel quddiesa minn Papa fil-Gżejjer Maltin. Din is-sena wkoll taħbat l-20 anniversarju mill-mewt tiegħu. Ser issir ukoll ċelebrazzjoni ewkaristika fil-Bażilika Ta’ Pinu fis-6.30pm.
Biex jitfakkru dawn l-anniversarji se jittella’ kunċert “IL-GRAJJA li qat ma tintesa…” bil-parteċipazzjoni tal-vjolinista lokali Pierre Louis Attard akkumpanjat fuq il-pjanu mill-pjanista internazzjonali Milica Lawrence fis-Sala taħt iż-zuntir tal-Kumpless Ta’ Pinu nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru 2025 fis-7.30pm. Il-kunċert se jinkludi xogħlijiet ta’ Mro. Stephen Attard.
Dan il-kunċert qed jiġi sponsorjat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb.
//= $special ?>