Eluf ta’ żgħażagħ ilhom jiem sħaħ imexxu protesti fil-Perù, wara li l-pajjiż spiċċa jegħreq fil-kriminalità u l-korruzzjoni.
Ilbieraħ, il-Gvern tal-Perù ħabbar li se jkun qed jiddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Lima. Dan il-pass ittieħed wara li l-Pulizija sparaw lejn raġel fl-eqqel ta’ dawn il-protesti, u qatluh.
Dan il-każ xokkanti seħħ l-Erbgħa waqt dimostrazzjonijiet qrib il-bini tal-Kungress.
Aktar minn 100 persuna spiċċaw feruti.
//= $special ?>