Lokali

Neville Gafà jarmi l-kuruni tal-fjuri li tpoġġew b’tifkira għal Daphne Caruana Galizia

l-Impjegat speċjali tal-Uffiċju tal-Prim Ministru, Neville Gafà, inqabad jidher jarmi il-fjur u x-xemgħa, fuq filmat li l-ġurnal Times of Malta ppublikaw. Liema fjuri, xemgħat u kartelluni tpoġġew propju ilbieraħ, fl-anniversajru mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

Il-Blogger tal-faxxa estrema Labursita, intant, spiċċa kostrett imur f’nofs ta’ lejl, quddiem il-Qorti sabiex jarmi dak kollu li tpoġġa’ sabiex jiġi mfakkar dan il-qtil – liema qtil li ħalla marka fl-istorja politika ta’ pajjiżna.

Intant il-Partit tal-Labour, f’Inqas minn 24 siegħa wara li l-PL u Robert Abela ħarġu jivvintaw il-Fake News li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg mar Brussell biex jagħmel il-ħsara lil Malta, spiċċa jiġi kkundannat mill-Ambaxxati barranin f’Malta talli l-uffiċjal ta’ Kastilja maħtur minn Abela nnifsu, u Kap tal-Customer Care tiegħu, Neville Gafà ntbagħat jarmi l-kuruni tal-fjuri u xemgħat li tpoġġew mir-rappreżentanti ta’ diversi pajjiżi fuq b’tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia għat-8 anniversarju mill-qtil tagħha.