Lokali

ILLEJLA: Net News jixxandar fit-8:30 pm

Illejla Net News se jkun qed jixxandar fit-8.30 pm.

Dan hekk kif illejla fis-6:30 pm se jiftaħ il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Amministrattiv, bit-tema “Dan hu l-Mument”.

Bħalissa qed issir Il-votazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pietà li bdiet f’nofsinhar u se tagħlaq fid-9.00 ta’ filgħaxija kif ukoll fis-Sub-Headquarters tal-PN f’ta’ Sannat fejn il-votazzjoni bdiet f’ nofsinhar u se tagħlaq fis-7pm.

B’kollox iridu jimtlew 18-il post fil-Kumitat Eżekuttiv u f’din l-elezzjoni huma eliġibbli biex jivvutaw il-Kunsillieri kollha (membri tal-Kunsill Ġenerali) tal-PN. Skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista hemm erba’ listi differenti ta’ kandidati – iridu jiġu eletti sitt (6) nisa, sitt (6) irġiel, erba’ (4) żgħażagħ u żewġ (2) rappreżentanti Għawdxin. Jiġu eletti dawk li jiksbu l-ikbar numru ta’ voti f’kull lista.