Matul il-jum tal-Ġimgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kompla jiltaqa’ mal-unions – din id-darba ma’ rappreżentanti tal-Union tal-Edukaturi Professjonali li iddiskutew ma’ Alex Borg il-proposti tagħhom għall-Budget 2026 kif ukoll l-isfidi li jaffaċċjaw l-edukaturi.
Matul din il-laqgħa Alex Borg, tenna li l-edukazzjoni f’pajjiżna trid tkun waħda li kapaċi trawwem ġenerazzjoni li tkun kapaċi taħdem u tintegra f’soċjetà li dejjem qed tinbidel.
Huwa saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jagħti s-sotenn tiegħu lil union u lill-edukaturi biex ikomplu jwasslu l-messaġġ edukattiv tagħhom. U anke minn aspett ta’ studenti biex jingħataw l-aħjar tagħmir u tagħlim, biex titrawwem ġenerazzjoni aktar b’saħħitha.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-UPE, Graham Sansone tenna li l-edukaturi jrid ikollhom assigurazzjoni tal-benessri.
Sansone kompla jgħid li fl-aħħar snin, taħt Gvern Laburista, is-settur edukattiv ra ostakli kbar, u filwaqt li l-inklussuvità hija xi ħaġa li ssir ħafna enfasi fuqha, il-bidliet mhux dejjem qed isiru. Matul din l-istess laqgħha il-UPE proponiet li jinfetħu diversi hubs fl-iskejjel, li jkunu speċjalizzati f’oqsma differenti.
Huwa kien akkumpanjat mill-uffiċjal eżekuttiv li tirraprezenta l-LSEs, Ruth Mifsud u l-uffiċjal eżekuttiv għall-għalliema peripatetiċi, Ruth Borg Galea.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Kap tas-Segretarjat Damien Spiteri u x-Shadow Ministers Justin Schembri, Adrian Delia u Jerome Caruana Cilia.
