Ċifri ppubblikati mill-NSO għax-xahar ta’ Settembru juru li r-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta tinsab fil-livell ta’ 2.4% – rata li hi akbar minn kemm kienet sena ilu.
Ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta għadha ogħla mill-medja fil-pajjiżi taz-Zona Ewro, bil-prezzijiet f’pajjiżi bħall-Greċja, Franza u l-Italja jibqgħu f’livelli orħos minn pajjiżna.
FʼSettembru ta’ din is-sena, l-akbar kontribuzzjoni għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tar-Ristoranti u lukandi (+0.66 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti.
It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet għall-inflazzjoni annwali kienu nnotati fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.61 punti perċentwali) u fl-Indiċi taʼ Prodotti u servizzi mixxellanji (+0.28 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-laħam u taʼ prodotti tal-ivvjaġġar.
//= $special ?>