Lokali

‘Kuraġġ’ kunċert li jwassal biex tirrifleti u tħarres fil-pożittiv

‘Kuraġġ’ huwa kunċert li jinkludi kant u mużika, u li huwa ispirat minn esperjenzi vera li jnislu kemm ferħ kif ukoll xi ftit niket – pero li fuq kollox se jnissel kuraġġ lil dawk kollha li jattendu.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, spjegat li sena ilu fl-ewwel edizzjoni ta’ ‘Kuraġġ’ iż-żewġ serati kienu sold out, u dan għaliex il-poplu għandu ħafna empatija.

Il-President spjegat li dan il-kunċert joffri esperjenza unika. U għalhekk appellat lill-poplu sabiex jattendi għal din it-tieni edizzjoni ta’ ‘Kuraġġ’ – li se tkun mifruxa mhux fuq żewġ serati imma fuq tlieta, nhar is- 7, 8 u 9 ta’ Novermbru fir-Teatru tas-Sależjani, f’Tas-Sliema.

Net News tkellem ukoll mad-Direttur Artistiku Yanis Azzopardi, li spjega li ‘Kuraġġ’ mhux il-kunċert ta’ Big Band jew ta’ xi artist partikolari iżda huwa l-kunċert ta’ stejjer differenti ta’ ispirazzjoni.

Minn naħa tiegħu, id-Direttur Mużikali Daniel Cauchi stqarr li dan il-kunċert huwa ispirat minn stejjer vera ta’ pazjenti tal-Malta Community Chest Fund.

Il-kunċert ‘Kuraġġ’, għandu kitba ta’ Gabriel Lia u narazzjoni ta’ Pawlu Portelli, u se jaqgħad it-talenti ta’ Sarah Bonnici, Jolene Sahman, Brooke Borg, Matthew James Borg, Ryan Hili, Kris Spiteri u l-Vocal Trops flimkien mal-Big Band Brothers.