L-iskola tal-knisja, Santa Tereża f’ta’ Kerċem, żvelat il-grawnd sportiv li għadu kemm ġie rinnovat, fi stqarrija fuq il-midja soċjali – proġett li kien iffinanzjat permezz ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi organizzati mill-Parent-Teacher Association (PTA) u donazzjonijiet mogħtija mill-ġenituri tal-istudenti.
Din il-faċilità ġdida li xi darba kienet spazju bil-konkrit – issa nbidlet f’żona moderna u sigura għall-istudenti. Il-bdil li sar jinkludi minn art tar-rubber, fencing u panelling tas-saqaf ġdid.
Xhur ta’ ħidma bla waqfien matul is-sajf taw il-frott u nħoloq spazju li jippromwovi l-attivita fiżika, it-teamwork, u l-benesseri fost l-istudenti.
Fl-istess stqarrija, l-amministrazzjoni tal-iskola rringrazzjat lill-PTA, l-isponsors, u l-ġenituri kollha li taw il-ħin, l-isforz, u l-appoġġ finanzjarju tagħhom biex dan il-proġett setgħa jkun possibbli.
//= $special ?>