Wara li inqabad fuq filmat ikaxkar il-kuruni u l-bukketti tal-fjuri li tpoġġew biex ifakkru l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia, l-uffiċċjal ta’ Kastilja Neville Gafà qed jhedded li se jerġa’ jagħmel l-istess.
Dan l-Impjegat speċjali tal-Uffiċju tal-Prim Ministru inqabad jarmi l-fjur u x-xemgħa, fuq filmat li l-ġurnal Times of Malta ppublika llum – liema fjuri, xemgħat u kartelluni tpoġġew propju ilbieraħ, fl-anniversajru mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia
Il-blogger tal-faxxa estrema Labursita mar f’nofs ta’ lejl, quddiem il-Qorti u rema dak kollu li tpoġġa’ sabiex jiġi mfakkar dan il-qtil – liema qtil ħalla marka sewda fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
Dan l-att ta’ Neville Gafà spiċċa ġie kkundannat mill-ambaxxati barranin f’Malta, minħabba li l-ambaxxaturi infushom poġġew numru ta’ bukketti tal-fjuri.
//= $special ?>