Ta’ kuljum is-Soup Kitchen tal-Franġiskani fil-Belt Valletta tilqa’ bejn 80 u 120 persuna li jmorru biex jieklu xi ħaġa flimkien – jew għax m’għandhomx biex jixtru l-ikel jew għax jinsabu kompletament weħidhom.
F’kummenti lil Net News Fr Marcellino Micallef, spjega li fis-soup kitchen jattendu wħud li lanqas biss għandhom saqaf fuq rashom.

U tkellem magħna dwar kemm żdiedu n-nies li huma homeless.
Tajjeb li wieħed jinnota li s-soup kitchen toffri servizzi oħrajn lil hinn mill-ikel.





Matul il-jum tal-Ġimgħa, il-Kap tal-PN Alex Borg żar is-Soup Kitchen, fejn tkellem ma’ dawk preżenti, kif ukoll mad-diversi voluntieri li kienu qegħdin isservu l-ikel, u dan biex jifhem iktar, il-problemi soċjali tal-pajjiż, u s-sitwazzjonijiet reali li jiffaċjaw bosta persuni.



Preżenti għal din iż-żjara flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm id-Deputati Ivan Bartolo, Albert Buttigieg u Graziella Galea.
Voluntieri minn diversi pajjiżi madwar id-dinja, joffru s-servizz tagħhom f’din is-Soup Kitchen – fejn jingħata wkoll l-ikel minn diversi Maltin u Għawdxin. Bil-post iservi bħala wens għal eluf kbar ta’ persuni kull sena.
//= $special ?>