Persuna mietet u 11-il persuna oħra ġew salvati wara li għereq bastiment fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna – qrib Lampedusa.
Huwa magħruf li l-bastiment li nqaleb u għereq kellu fuqu madwar 30 persuna.
Il-Ħamis filgħaxija, l-awtoritajiet Maltin wettqu operazzjoni ta’ salvataġġ, wara li persuni fuq ajruplan tal-gwardja tal-kosta Taljana osservaw il-bastiment deher 50 mil fix-Xlokk ta’ Lampedusa.
Erba’ persuni ġew salvati mill-bastiment merkantili u ttieħdu lejn l-art permezz bastiment tal-gwardja tal-kosta Taljana.
//= $special ?>