L-atleta u għawwiem David Micallef se jagħmel sfida bejn Malta, Għawdex u Kemmuna biex jiġbor fondi għall-Inspire Foundation, li tgħin persuni b’diżabilità.
L-isfida tibda nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru fid-9.00pm minn Imġarr u tinkludi rota madwar Malta, għawm lejn Għawdex, ġirja madwar il-gżira, lura Malta bil-għawm, rota oħra madwar Malta, għawm lejn Kemmuna u madwarha, ġirja fuq Kemmuna u għawm lura lejn Marfa, fejn mistenni jasal nhar il-Ħadd fil-għodu.
San Ġiljan ASC qed jappoġġja din l-inizjattiva u jsejjaħ lil kulħadd biex jgħin b’donazzjoni fuq: https://inspire.org.mt/donate/Kull għajnuna tagħmel differenza.