Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista qed tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni li saret ilbieraħ il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru 2025 għar-Rappreżentanti tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fl-Eżekuttiv tal-PN, permezz ta’ stqarrija ffirmata mic-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data Mario Callus.
Din l-elezzjoni saret bħala parti mill-Kunsill Ġenerali Dan hu l-Mument li fetaħ ilbieraħ fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Il-votazzjoni kienet miftuħa bejn 12pm u s-7pm f’Għawdex u bejn 12pm u d-9pm f’Malta.
B’kollox riedu jiġu eletti 18-il rappreżentant, f’erba’ listi differenti, kif jipprovdi l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista.
Dawn huma l-kandidati li ġew eletti (fl-ordni kif ġew eletti skont l-ammont ta’ voti miksuba):
Lista tal-Irġiel (6)
- David Borg
- Michael Piccinino
- Joseph Grech
- David Bonello
- Mario Rosso
- Mauro Miceli
Lista tan-Nisa (6)
- Veronica Perici Calascione
- Lisa Spiteri
- Michela Dalli
- Cynthia Galea
- Marisa Vella Fonde
- Marthese Cassar
Lista taż-Żgħażagħ (4)
- Nicole Zammit
- Michela Caruana
- Karen Scerri
- Nikolai Vella
Lista ta’ Għawdex (2)
- Beppe Galea
- William Vella
Din l-elezzjoni kienet ikkontestata minn total ta’ 34 kandidat li kienu mqassmin hekk: 12-il nominazzjoni għal-Lista tal-Irġiel, 12-il nominazzjoni għal-Lista tan-Nisa, sitt nominazzjonijiet għal-Lista taż-Żgħażagħ, u erba’ nominazzjonijiet għal-Lista tar-Rappreżentanti minn Għawdex.
Il-Kunsill Ġenerali tal-PN ikompli għada meta jiġi fi tmiemu bl-aħħar sessjoni li tkun indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.
//= $special ?>