Il-Kunsill Lokali Ħamrun jixtieq jinforma lill-pubbliku li, minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, l-attività tant popolari u mistennija Ħamrun Chocolate Festival ġiet postposta għall-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, u se ssir bejn il-10:30am. u s-6pm.
Din ma kinitx deċiżjoni faċli, iżda l-Kunsill emmen li attività daqshekk popolari u maħbuba ma għandhiex tintilef, speċjalment wara x-xogħol u l-preparazzjoni kollha li saru biex il-pubbliku jgawdi esperjenza unika ta’ ċikkulata, divertiment u kultura lokali.
Għalhekk nitlaqgħu nhar il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, fil-qalba tal-Ħamrun, biex nieħdu sehem flimkien f’dan il-festival mill-isbaħ!
//= $special ?>