Minkejja t-temp fil-gżejjer Maltin, bejn illum u għada qed issir it-tielet edizzjoni ta’ Pass Pass mas-Sebħ b’risq Fondazzjoni Sebħ.
Din il-mixja issir fuq perjodu ta’ 24 siegħa u tingħata bidu mill-Bajja ta’ Spinola u tintemm fi Pjazza Tritoni. Din id-dawra issir tliet darbiet sabiex jinġabru l-fondi għal din id-dar.
F’6 sigħat biss inġabru madwar €5,00. B’risq din il-fondazzjoni li tgħin nisa u tfal vulnerabbli jerġgħu jibnu ħajjithom u jirritornaw fil-komunità wara li jkunu għaddew minn perjodu turbulenti minħabba vjolenza domestika.
Fl-edizzjonijiet li għaddew inġabru aktar minn €17,00 u din is-sena, il-ġbir qed isir sabiex jinġabru fondi għall-edukazzjoni attivitajiet lil hinn mill-kurrikulum għal dawn it-tfal.
//= $special ?>