Matul il-jum tas-Sibt, il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista organizza attività flimkien mal-European Union of Women, fejn għamlu żjara sal-Parlament bl-għan li jsiru jafu iżjed dwar is-sistema elettorali ta’ Malta u kif jaħdem il-Parlament Malti.

Presenti kien hemm id-Deputat Whip Paula Mifsud Bonnici li dawwret lill-parteċipanti madwar il-Parlament.

Din saret bħala parti mill-attivitajiet ta’ EU Alive, li għandha l-għan li żżur pajjiżi differenti madwar l-Ewropa sabiex tkabbar l-għarfien kulturali fil-pajjiżi li żżur.
Din is-sena EU Alive ġiet organizzata f’Malta mis-16 sal-20 ta’ Ottubru, u kkonsistiet minn diversi attivitajiet, fosthom żjara s’Għawdex, ir-Rabat u l-Imdina, kif ukoll diskors dwar kif l-intelliġenza artifiċjali se tħalli impatt fuq l-impjiegi fejn tidħol il-mara.
Flimkien mal-parteċipanti Maltin mill-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista, kien hemm ukoll parteċipanti mill-Ingilterra, mill-Estonja, mill-Awstrija, mir-Repubblika Ċeka, u minn Spanja.
