Lokali

Persuna mejta u diversi oħrajn mitlufin wara li nqalbet dgħajsa fis-SAR Malti

Operazzjoni ta’ salvataġġ – S’issa salvati 11-il persuna

Tal-inqas persuna tilfet ħajjitha filwaqt li ġew salvati 11-il persuna hekk kif inqalbet dgħajsa fiz-Zona ta’ Tfittix u Salvataġġ Maltija.

L-operazzjoni kkordinata mill-Awtoritajiet Maltin bdiet wara li bastiment li kellu abbord madwar 30 persuna għal xi raġuni nqaleb xi 50 mil ‘il bogħod mill-gżira ta’ Lampedusa u li proprju jiġi fiz-zona SAR ta’ pajjiżna.

Il-każ seħħ il-Ħamis filgħaxija malli d-dgħajsa ntlemħet maqluba mill-Awtoritajiet Taljani fejn immedjatament bdiet l-operazzjoni ta’ salvataġġ.