Lokali

Stennija għad-diskors ta’ Alex Borg fil-Kunsill Ġenerali tal-PN

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista se jkompli nhar il-Ħadd filgħodu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista meta jiġi fi tmiemu bl-indirizz tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg. Dan hekk kif hemm stennija għal dan id-diskors importanti li se jwassal għada Alex Borg fl-għeluq ta’ dan il-Kunsill – fl-eqqel ta’ proċess ta’ riġenerazzjoni li għaddej minnu l-PN.

Din l-aħħar sessjoni tal-Ħadd tibda fid-9:30am u se tixxandar live fuq NET Television, NET FM u Facebook.